Is-saħħa u sigurta f’użu tal-elettriku fid-dar jikkonsisti prinċipalment minn protezzjoni minn:
1) Xokk elettriku
2) Nirien li jistgħu jirriżultaw minn short jew kuntatt loose
3) Hruq minn appliances li jisħnu bl-elettriku
Biex nipproteġu minn xokk elettriku rridu noqgħodu attenti li partijiet live m’ humiex esposti. Għalhekk:
1) Dejjem itfi u aqla’ l-plug qabel tnaddaf xi apparat li jaħdem bl-elettriku.
2) Biddel wires qodma, wires maħruqa, maqrusa jew li jkunu maħlula.
3) Tiġbidx plug jew apparat mill-wire tiegħu għax il-wire jista’ jinqala’ mill-plug. Il wire gap li hemm ġol-plug mhux żejjed. Użah!
4) Plug b’żewg pins għandha tinbidel għal waħda bi tlett pins jew jintuża’ adaptor
5) Biddel plugs u sockets li jkunu mxaqqa, maħmuga, jew b’xi ħsara oħra.
6) Qatt ma għandek tgħawwar jew iddaħħal xi ħaġa tal-metal fit-toaster.
7) Itfi l-kutra ta’ l-elettriku qabel ma tidħol fis-sodda.
8) Meta tħoss xokk zgħir qis dan bħala twissija. Tmisx l-apparat li jkun tak ix-xokk qabel ma taqla’ l-plug u kun żgur li ħadd ma juża’ dan l-apparat qabel ma jissewa.
9) Sockets fuq barra għandhom ikunu water proof.
10) M’għġandeks tmiss sockets, switches jew apparat li jaħdem bl-elettriku b’idejk imxarba.
11) Kun żgur li tqabbad electrician kwalifikat għal kull tip ta’ xogħol ta’ l-elettriku fid-dar.
12) Għal min għandu t-tfal u hu preokkupat li dawn jistgħu jbabsu fis-sockets jeżistu child locks li jistgħu jintużaw apposta.
B’dawn il-preokkupazjonijiet nistgħu nevitaw xokk elettriku. Madanakollu huwa essenzjali li kull installazzjoni ġod-dar tkun protetta minn Earth Electrode u SALVAVITA. Is-salvavita xogħolha hu li taqta’ d-dawl f’każ li f’incident nieħdu xokk jew jirriżulta ħsara f’appliance elettriku. Din is-salvavita tkun wara l-Main Switch jew tripper fil-consumer unit ħdejn il-meter tad-dawl. Fil-każ ta’ flats fil-komun. Perjodikament is-salvavita għandha tiġi ittestjata billi tgħafas it-Test Button li hemm fuqha stess. Dan isir biex tara’ jekk is-salvavita taħdimx tajjeb jew le qabel ikun tard wisq. Jekk tittripja s-salvavita u allura jmurlek id-dawl. F’dan il-każ wieħed irid jiċċekkja s-salvavita u jerġgħa jixgħelha. F’każ li s-salvavita terġa’ tintefa’, allura jkun ifisser li fid-dar hemm xi ħaġa mhux taħdem tajjeb. Meta jiġri hekk, hu mportanti li l-persuna ma tippanikjax. L-ewwel ħaġa li wieħed għandu jagħmel f’dan il-każ hu li jaqla’ l-plugs kollha li hemm fid-dar u jitfi l-heaters ta’ l-ilma. Il-pass li jmiss ikun li terġa’ tinxtegħel is-salvavita. Jekk din ma terġax tintefa’, wieħed għandu bil-prekawzjoni kollha jibda’ jipplakkja l-appliances tad-dar waħda waħda. Hafna drabi jiġri li meta tipplakkja xi waħda mill-appliances terġa’ tintefa’ s-salvavita. B’hekk tkun ovvja li l-ħsara tkun f’dik l-appliance partikolari li tkun ipplakkjata l-aħħar qabel intfiet is-salvavita. F’każ li jkollok il-plugs kollha maqtugħha u s-salvavita tibqa’ tintefa, dan ikun ifisser li l-ħsara qegħda jew fil-wires tad-dar jew fl-istess salvavita. Hawn importanti li wieħed isejjaħ electrician kwalifikat biex isib eżattament fejn hi l-ħsara.
Biex tipproteġi minn nirien li jistgħu jirrizultaw minn short jew loose contact ħu hsieb li:
1) Tevita l-użu ta’ adaptors mal-plugs biex nqabdu aktar minn appliance waħda. Uża socket separat għall kull plug speċjalment għall-appliance b’konsum għoli.
2) Plugs bill-pins maħmuġin jistgħu jikkaġunaw li jisħon il-plug u għalhekk dawn għandhom jinbidlu. L-istess ħaġa għall- plugs li diġa juru ħruq mall-pins. Dan il-ħruq huwa indikazzjoni ta’ loose u hemm bżonn li l-plug jinbidel.
3) Tpoġġix ħwejjeg fuq electrical heater kemm minħabba li dawn jistgħu jieħdu n-nar kemm ukoll għax il-heater ma jkunx jista’ jiffunzjona sew.
4) Il-fuse fil-plug għandu jkun adekwat għall-appliance li jkun jitma. Hafna drabi l-plug li nixtru jkun fihom fuse ta’ 13 A li huwa tajjeb għall- dishwasher, washing machine, forn etc. Imma dan għandu jinbidel għal wieħed iżgħar jekk il-plug tintuża ma’ T.V, PC, mixer etc.
5) Tużax spray fuq power points jew switches.
6) Fl-aħħar ftakar li biex titfi appliance elettrika li ħadet in-nar uża biss CO² Fire Extinguisher jew powder type.
- Simon Fabri